Aħbarijiet

25-04-2024 17:53
A stronger economy, social justice and jobs
April II 2024

Szerdán a Parlament zöld utat adott azoknak az új szabályoknak, amelyek az emberi jogokra és a környezetre gyakorolt káros hatásuk csökkentésére kötelezik a cégeket. Az Európai Parlament 374 szavazattal, mellett jóváhagyta a fenntarthatósággal kapcsolatos vállalati átvilágításról szóló, amely arra kötelezi majd a vállalatokat, valamint, termelési és forgalmazási láncban részt vevő partnereiket, szüntessék meg vagy mérsékeljék tevékenységeik emberi jogokra.

25-04-2024 17:08
A stronger economy, social justice and jobs
April II 2024

Il-Parlament Ewropew adotta pakkett ta’ liġijiet li jsaħħu s-sett ta’ għodod tal-UE għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-liġijiet il-ġodda jiżguraw li l-persuni b’interess leġittimu, inklużi l-ġurnalisti, il-professjonisti tal-media, l-awtoritajiet kompetenti, u l-korpi superviżorji, se jkollhom aċċess immedjat, mhux iffiltrat, dirett u liberu għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmuma fir-reġistri nazzjonali u interkonnessi fil-livell tal-UE.

25-04-2024 15:38
A stronger economy, social justice and jobs
April II 2024

L-Erbgħa, il-MPE approvaw regoli ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi. Ir-regoli l-ġodda, maqbula mill-Parlament u mill-Kunsill fi Frar u adottati b’556 voti favur, 56 voti kontra u 24 astensjoni, għandhom l-għan li jiżguraw li l-ħaddiema tal-pjattaformi jkollhom l-istatus tal-impjieg tagħhom ikklassifikat b’mod korrett u li jikkoreġu l-impjieg indipendenti fittizju.

25-04-2024 11:30
Climate change and the environment
April II 2024

Il-liġi riveduta għandha l-għan li tnaqqas it-tniġġis tal-arja fl-UE għal ambjent nadif u sikur għaċ-ċittadini, u li tikseb il-viżjoni tal-UE ta’ żero tniġġis tal-arja sal-2050. Nhar l-Erbgħa, il-Parlament adotta l-ftehim politiku proviżorju li kien intlaħaq mal-pajjiżi tal-UE dwar miżuri ġodda biex tittejjeb il-kwalità tal-arja fl-UE sabiex ma tibqax tagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem, l-ekosistemi naturali u l-bijodiversità. Il-ftehim ġie adottat b’ 381 vot favur.

25-04-2024 10:14
Climate change and the environment
April II 2024

Nhar l-Erbgħa, il-Parlament adotta miżuri ġodda biex l-imballaġġ isir aktar sostenibbli u jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ fl-UE. Ir-regolament, li għandu l-għan li jindirizza l-iskart li kulma jmur, qiegħed dejjem jiżdied, jarmonizza r-regoli tas-suq intern u jagħti spinta lill-ekonomija ċirkolari, ġie approvat b’476 vot favur.

23-04-2024 14:14
Climate change and the environment
April II 2024

Ir-regoli l-ġodda jsaħħu d-dritt għat-tiswija, għandhom l-għan li jnaqqsu l-iskart u jsaħħu s-settur tat-tiswija billi jiffaċilitaw it-tiswija ta’ oġġetti u jagħmluha aktar kosteffettiva. It-Tlieta, il-Parlament adotta d-direttiva dwar l-hekk imsejjaħ “dritt għat-tiswija” għall-konsumaturi b'584 vot favur, 3 kontra u 13-il astensjoni. Ir-regoli jiċċaraw l-obbligi għall-manifatturi li jsewwu l-oġġetti u jinkoraġġixxu lill-konsumaturi jestendu ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott permezz tat-tiswija.

11-04-2024 14:27
Migration
April I 2024

Il-Parlament Ewropew illum adotta għaxar testi leġiżlattivi biex jirriforma l-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil. Sabiex jassistu lill-pajjiżi tal-UE soġġetti għall-pressjoni migratorja, Stati Membri oħra se jkollhom jikkontrobwixxu billi jirrilokaw l-applikanti għall-ażil jew il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali fit-territorju tagħhom, l-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji jew l-għoti ta’ appoġġ operazzjonali u tekniku.

13-03-2024 16:23
Digital transformation
March 2024

Nhar l-Erbgħa, il-Parlament approva l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali li jiżgura s-sikurezza u l-konformità mad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jagħti spinta lill-innovazzjoni. Dan għandu l-għan li jipproteġi d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u s-sostenibbiltà ambjentali minn IA b’riskju għoli, filwaqt li jagħti spinta lill-innovazzjoni u jistabbilixxi lill-Ewropa bħala mexxejja f’dan il-qasam.

13-03-2024 14:01
Values and rights, rule of law, security
March 2024

Il-MPE taw l-approvazzjoni finali tagħhom għal liġi ġdida biex tipproteġi lill-ġurnalisti u lill-media tal-UE minn indħil politiku jew ekonomiku. Skont il-liġi l-ġdida, l-istati membri se jkunu obbligati jipproteġu l-indipendenza tal-media u se jiġu pprojbiti l-forom kollha ta’ indħil f’deċiżjonijiet editorjali. L-awtoritajiet se jkunu pprojbiti milli jġiegħlu lill-ġurnalisti u lill-edituri jiżvelaw is-sorsi tagħhom, inkluż billi jarrestawhom jew jimponu sanzjonijiet fuqhom.

12-03-2024 15:43
Climate change and the environment
March 2024

Nhar it-Tlieta, il-MPE adottaw pjanijiet, diġà maqbula mal-Kunsill, biex jgħinu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-settur tal-bini. Ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija għandha l-għan li sal-2030 tnaqqas b’mod sostanzjali l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) u l-konsum tal-enerġija fis-settur tal-bini tal-UE u li sal-2050 tagħmilha newtrali għall-klima.

Workshop on 'New avenues for the Commission Rule of Law report: From reporting to enforcing the Rule of Law and Union values',
29-02-2024 15:13
Values and rights, rule of law, security
February II 2024

Nhar l-Erbgħa, il-MPE wissew dwar ir-rigress demokratiku f’ħafna Stati Membri u kkritikaw in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni fis-salvagwardja tal-valuri tal-UE. Fil-valutazzjoni tiegħu tar-rapport tal-2023 tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt, il-Parlament jieħu nota ta’ xi żviluppi pożittivi konkreti, inkluż l-isforzi tal-gvern Pollakk il-ġdid biex isaħħaħ l-istat tad-dritt u l-liberta tal-midja.

A montage of three pictures: one of a microchip, one of wind turbines and one of a microscope
27-02-2024 17:02
EU in the World
February II 2024

Il-MPE approvaw il-finanzjament fit-tul għall-Ukrajna, il-“Pjattaforma għat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa” (STEP), u bidliet kbar assoċjati fil-baġit pluriennali tal-UE. Nhar it-Tlieta, il-Parlament approva r-reviżjoni tal-baġit fit-tul tal-UE. Dan jinkludi l-Faċilità għall-Ukrajna ta’ EUR 50 biljun u l-“Pjattaforma għat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa” (STEP), li għandha l-għan li tagħmel lill-UE aktar strateġikament indipendenti u trawwem l-innovazzjoni.

27-02-2024 14:27
Climate change and the environment
February II 2024

Il-liġi l-ġdida tistabbilixxi mira għall-UE biex tirrestawra mill-inqas 20% taż-żoni tal-art u tal-baħar tal-UE sal-2030 u l-ekosistemi kollha li jeħtieġu restawr sal-2050. Il-liġi tal-UE dwar ir-restawr tan-natura, maqbula mal-Istati Membri, se tirrestawra l-ekosistemi degradati fl-Istati Membri kollha, se tgħin biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE dwar il-klima u l-bijodiversità u se ssaħħaħ is-sigurtà tal-ikel.

07-02-2024 17:42
Climate change and the environment
February I 2024

Għal sistema tal-ikel sostenibbli u reżiljenti, il-MPE jappoġġjaw proċess aktar sempliċi għall-pjanti NGT ekwivalenti għall-pjanti konvenzjonali, u oħrajn iridu jsegwu regoli aktar stretti. Il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu għal negozjati mal-Istati Membri dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar Tekniki Ġenomiċi Ġodda (NGTs), li jbiddlu l-materjal ġenetiku ta’ organiżmu, b’307 voti favur, 263 voti kontra u 41 astensjoni.

18-01-2024 12:45
Climate change and the environment
January 2024

Il-Parlament ta l-approvazzjoni finali tiegħu għal direttiva li se ttejjeb it-tikkettar tal-prodotti u tipprojbixxi l-użu ta’ asserzjonijiet ambjentali qarrieqa. Id-direttiva adottata llum b’593 vot favur, 21 kontra, u 14-il astensjoni tfittex li tipproteġi lill-konsumaturi minn prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni qarrieqa u tgħinhom jagħmlu għażliet ta’ xiri aħjar.

12-12-2023 17:21
EU in the World
December 2023

Nhar it-Tlieta, il-Parlament ta l-approvazzjoni finali tiegħu għal pjanijiet biex il-provvista tal-UE ta’ materja prima strateġika tingħata spinta. L-Att dwar il-Materja Prima Kritika huwa mfassal biex l-UE ssir aktar kompetittiva u sovrana. Dan jagħmlu billi jnaqqas il-burokrazija, irawwem l-innovazzjoni tul il-katina tal-valur kollha u jappoġġja lill-SMEs.

22-11-2023 14:42
Climate change and the environment
November II 2023

Il-PE adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar regoli ġodda fl-UE dwar l-imballaġġ, biex jiġi indirizzat l-iskart li qed jikber b’mod kostanti u biex tingħata spinta lill-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Inqas imballaġġ, restrizzjoni ta’ ċerti tipi u jiġi pprojbit l-użu ta’ “forever chemicals” Minbarra l-miri ġenerali għat-tnaqqis tal-imballaġġ proposti fir-regolament (5 % sal-2030, 10 % sal-2035 u 15 % sal-2040), il-MPE jridu jistabbilixxu miri speċifiċi biex jitnaqqas l-imballaġġ tal-plastik.

21-11-2023 12:23
Climate change and the environment
November II 2023

Il-Parlament adotta l-pożizzjoni ta’ negozjar tiegħu dwar il-miżuri l-ġodda biex jissaħħaħ id-dritt għat-tiswija u jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-konsum tal-massa. Nhar it-Tlieta il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar “dritt għat-tiswija” aktar b'saħħtu għall-konsumaturi, b’590 vot favur, 15 kontra, u 15-il astensjoni. Il-proposta għandha l-għan li tinkoraġġixxi konsum aktar sostenibbli, billi tiffaċilita t-tiswija ta’ oġġetti difettużi, tnaqqas l-iskart u tappoġġja s-settur tat-tiswija

03-10-2023 12:59
Values and rights, rule of law, security
October I 2023

B’reazzjoni għat-theddid għal-libertà tal-media u l-vijabbiltà tal-industrija, il-MPE adottaw il-pożizzjoni tagħhom dwar liġi li ssaħħaħ it-trasparenza u l-indipendenza tal-media tal-UE. Fil-pożizzjoni tiegħu dwar Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media, il-Parlament irid jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw il-pluralità tal-media u jipproteġu l-indipendenza tal-media mill-indħil mill-gvern, minn indħil politiku, ekonomiku jew privat.

03-10-2023 12:52
EU in the World
October I 2023

L-istrument kummerċjali l-ġdid huwa primarjament maħsub bħala deterrent, iżda se jippermetti lill-UE tiġġieled il-koerċizzjoni ekonomika u tirrispondi bil-kontromiżuri tagħha stess. Nhar it-Tlieta, il-Parlament approva strument kummerċjali ġdid li jippermetti lill-UE tirrispondi, f’konformità mal-liġi internazzjonali u bħala l-aħħar rimedju, jekk l-UE jew l-Istati Membri jiffaċċjaw rikatt ekonomiku minn pajjiż barrani li jipprova jinfluwenza politika jew pożizzjoni speċifika.

14-09-2023 13:39
EU in the World
September 2023

Il-Ħamis, il-MPE adottaw il-pożizzjoni tagħhom dwar it-tisħiħ tal-provvista ta’ materja prima strateġika. L-Att dwar il-Materja Prima Kritika huwa maħsub biex jagħmel lill-UE aktar kompetittiva u awtonoma. Dan għandu jnaqqas il-burokrazija, jippromwovi l-innovazzjoni tul il-katina tal-valur kollha, jappoġġa lill-SMEs u jagħti spinta lir-riċerka u l-iżvilupp ta’ materjali alternattivi u metodi ta’ estrazzjoni u produzzjoni b’inqas dannu fuq l-ambjent.

12-09-2023 13:29
Climate change and the environment
September 2023

Nhar it-Tlieta l-Parlament ivvota biex tingħata spinta lill-użu tal-enerġija rinnovabbli, skont il-pjanijiet tal-Patt Ekoloġiku u tar-REPowerEU. L-aġġornament tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED), li diġà ġie maqbul bejn il-MPE u l-Kunsill, iżid is-sehem tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija tal-UE għal 42.5% sal-2030. L-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jilħqu l-45%.

13-07-2023 12:37
EU in the World
July 2023

Il-Ħamis, il-Parlament adotta pjanijiet biex tiżdied il-produzzjoni tal-UE ta’ munizzjon u missili biex jiġi indirizzat in-nuqqas attwali.

12-07-2023 14:00
Health
July 2023

Il-MPE jridu jsaħħu l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa u r-reżiljenza tas-sistemi nazzjonali tas-saħħa bi preparazzjoni għal sfidi futuri. Matul l-aħħar sena, il-Kumitat Speċjali tal-Parlament Ewropew dwar il-pandemija tal-COVID-19 (COVI) analizza l-impatt tal-kriżi, evalwa l-effettività tal-miżuri tal-UE u dawk nazzjonali u għamel rakkomdazzjonijiet speċifiċi biex jindirizza l-lakuni u d-dgħufijiet fl-azzjonijiet tagħhom.

12-07-2023 13:45
Climate change and the environment
July 2023

L-UE għandu jkollha fis-seħħ miżuri ta’ restawr sal-2030 li jkopru mill-inqas 20% taż-żoni tal-art u tal-baħar tagħha, jgħidu l-MPE. Wara dibattitu nhar it-Tlieta, illum il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-liġi tal-UE dwar ir-restawr tan-natura b’336 vot favur, 300 kontra u 13-il astensjoni. Il-vot biex tiġi miċħuda l-proposta tal-Kummissjoni ma għaddiex (312-il vot favur, 324 vot kontra u 12-il astensjoni).

11-07-2023 14:18
Climate change and the environment
July 2023

Il-MPE approvaw pjanijiet, diġà maqbula mal-Kunsill, li jistabbilixxu miri ġodda għall-iffrankar tal-enerġija għall-2030, bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-liġi se tistabbilixxi miri għall-iffrankar tal-enerġija kemm fil-konsum tal-enerġija primarja kif ukoll f’dik finali fl-UE. l-istati membri se jkollhom kollettivament jiżguraw tnaqqis fil-konsum tal-enerġija ta’ mill-inqas 11.7 % fil-livell tal-UE sal-2030 (meta mqabbel mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2020).

11-07-2023 13:36
A stronger economy, social justice and jobs
July 2023

Il-PE adotta pjanijiet biex tiġi żgurata l-provvista ta’ ċipep tal-UE li tagħti spinta lill-produzzjoni u l-innovazzjoni, u billi jiġu stabbiliti miżuri ta’ emerġenza kontra n-nuqqasijiet. Il-liġi l-ġdida għandha l-għan li toħloq ambjent favorevoli għall-investimenti taċ-ċipep fl-Ewropa, billi jiġu segwiti malajr il-proċeduri tal-permessi u tiġi rikonoxxuta l-importanza kritika tagħhom permezz tal-hekk imsejjaħ “l-ogħla statut ta’ sinifikanza nazzjonali”.

11-07-2023 13:21
Climate change and the environment
July 2023

Il-MPE approvaw regoli ġodda dwar aktar stazzjonijiet alternattivi tal-fjuwil għall-karozzi u t-trakkijiet, dwar irriċarġjar sempliċi u faċli, u dwar fjuwils marittimi aktar nodfa. Ir-regoli l-ġodda huma parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55% fl-2030”, li huwa l-pjan tal-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’tal-anqas 55% sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, u li timmira li tiddekarbonizza t-trasport.

11-07-2023 13:19
Values and rights, rule of law, security
July 2023

Il-Parlament irid isaħħaħ il-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-attivisti fl-UE kontra kawżi infondati u abbużivi intiżi li jsikktuhom. Skont abbozz ta’ liġi approvat nhar it-Tlieta fil-plenarja, il-ġurnalisti, l-organizzazzjonijiet tal-media, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti, ir-riċerkaturi u l-artisti se jkunu protetti fl-UE minn kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs), li l-għan tagħhom huwa li jintimidawhom u jippenalizzawhom.

14-06-2023 12:52
Digital transformation
June 2023

Ir-regoli huma intiżi li jħeġġu użu ta’ IA ċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli biex nipproteġu s-saħħa, is-sigurtà, id-drittijiet fundamentali u d-demokrazija mill-effetti dannużi tagħha. Nhar l-Erbgħa, il-Parlament Ewropew adotta l-ewwel pożizzjoni ta’ negozjar tiegħu fuq l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) b’499 voti favur, 28 voti kontra u 93 astensjonijiet qabel it-taħditiet mal-Istati Membri tal-UE dwar il-formulazzjoni finali tal-liġi.

01-06-2023 12:30
Values and rights, rule of law, security
May II 2023

Il-Parlament jitlob strateġija kkoordinata li żżid ir-reżiljenza tal-UE għall-indħil barrani u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u li tipproteġi l-elezzjonijiet Ewropej 2024. Il-MPE jgħidu li x’aktarx l-indħil barrani, id-diżinformazzjoni u l-attakki fuq id-demokrazija se jiżdiedu u se jkunu aktar sofistikati hekk kif noqorbu lejn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Ġunju 2024.

01-06-2023 12:18
Health
May II 2023

Il-Ħamis il-Parlament adotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għal rispons ikkoordinat tal-UE għat-theddid għas-saħħa kkawżat mir-reżistenza antimikrobika.

Close-up of a blisterpack of antibiotics
01-06-2023 12:18
Health
May II 2023

Il-Ħamis il-Parlament adotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għal rispons ikkoordinat tal-UE għat-theddid għas-saħħa kkawżat mir-reżistenza antimikrobika. Il-Membri tal-PE jgħidu li l-indirizzar b’suċċess tar-reżistenza antimikrobika (AMR) jirrikjedi l-użu prudenti tal-antibijotiċi għall-bnedmin u l-annimali, miżuri tajbin għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, u aktar riċerka u żvilupp dwar antimikrobiċi ġodda u alternattivi għall-antimikrobiċi.

01-06-2023 12:10
A stronger economy, social justice and jobs
May II 2023

Il-Ħamis, il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu għal negozjati dwar regoli għall-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-impatt ambjentali fil-governanza tal-kumpaniji. Il-kumpaniji se jkunu meħtieġa jidentifikaw, u fejn meħtieġ jipprevjenu, itemmu jew jimmitigaw l-impatt negattiv tal-attivitajiet tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent bħal fuq it-tħaddim tat-tfal, l-iskjavitù, l-isfruttament tax-xogħol, it-tniġġis, id-degradazzjoni ambjentali u t-telf tal-bijodiversità.

01-06-2023 11:51
EU in the World
May II 2022

Nhar il-Ħamis, il-Parlament appoġġa abbozz ta’ liġi biex tiżdied il-produzzjoni Ewropea ta’ munizzjon u missili.

11-05-2023 12:24
Climate change and the environment
March I 2023

Il-Ħamis, il-MPE approvaw abbozz ta’ leġiżlazzjoni li jtejjeb it-tikkettar u s-sostenibbiltà tal-prodotti u li jtemm l-asserzjonijiet qarrieqa.

19-04-2023 12:29
Climate change and the environment
April 2023

Biex tiġġieled it-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità, din il-liġi tobbliga l-kumpaniji jiżguraw li l-prodotti mibjugħa fl-UE ma kkawżax deforestazzjoni u degradazzjoni tal-foresti.

18-04-2023 12:18
Climate change and the environment
April 2023

Il-MPE adottaw ir-riforma tal-ETS tal-UE li tinkludi s-settur tal-avjazzjoni, is-settur marittimu, il-Mekkaniżmu ta' Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri u l-Fond Soċjali għall-Klima ġdid. Nhar it-Tlieta, il-Parlament approva l-ftehimiet li ntlaħqu mal-pajjiżi tal-UE lejn l-aħħar tal-2022 fuq bosta biċċiet ewlenin ta' leġiżlazzjoni li jagħmluparti mill-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55% sal-2030".

30-03-2023 11:51
A stronger economy, social justice and jobs
March II 2023

Leġiżlazzjoni ġdida se tirrikjedi li l-kumpaniji jiżvelaw informazzjoni li tagħmilha aktar faċli għall-impjegati biex iqabblu l-pagi u jesponu d-differenzi eżistenti fil-pagi bejn il-ġeneri.

14-03-2023 13:02
Climate change and the environment
March I 2023

Nhar it-Tlieta, il-Parlament adotta abbozz ta' miżuri sabiex tiżdied ir-rata ta' rinnovazzjonijiet u jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

14-03-2023 12:25
Climate change and the environment
March I 2023

Ir-Regolament il-ġdid dwar il-kondiviżjoni tal-isforz inaqqas il-livell massimu permess tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport, il-bini u l-agrikoltura fl-Istati Membri sal-2030.

14-02-2023 12:54
Climate change and the environment
February II 2023

Approvat l-inklużjoni ta' miżuri tar-REPowerEU fil-pjanijiet nazzjonali biex għal indipendenza mill-fjuwils fossili Russi, it-tranżizzjoni ekoloġika u inqas faqar enerġetiku.

02-02-2023 11:26
A stronger economy, social justice and jobs
February I 2024

Nhar il-Ħamis, il-Parlament approva d-deċiżjoni biex jinbdew negozjati dwar miżuri ġodda biex jittejbu l-kundizzjonijiet għall-ħaddiema fuq pjattaformi tax-xogħol diġitali.

22-11-2022 13:05
Values and rights, rule of law, security
November II 2023

Sa Lulju 2026, il-kumpaniji l-kbar kollha elenkati pubblikament fl-UE se jkollhom jieħdu miżuri biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-tmun tagħhom.

04-10-2022 12:09
Health
October I 2022

Il-Parlament approva miżuri ġodda li jsaħħu l-kapaċità tal-UE li tipprevjeni u tikkontrolla t-tifqigħa ta' mard li jittieħed u tiffaċċja theddidiet transfruntiera għas-saħħa

14-09-2022 13:17
A stronger economy, social justice and jobs
September 2022

Il-pagi minimi fil-pajjiżi kollha tal-UE għandhom jippermettu standards tal-għajxien u tax-xogħol deċenti, u l-Istati Membri għandhom jippromwovu n-negozjar kollettiv għall-pagi.

05-07-2022 12:27
Digital transformation
July 2022

Il-ġabra ġdida ta' regoli diġitali tal-UE tistabbilixxi standards bla preċedent dwar il-kontabbiltà ta' kumpaniji online, fi ħdan suq diġitali miftuħ u kompetittiv.

09-06-2022 12:47
European democracy
June I 2022

Il-Ħamis, il-Parlament adotta riżoluzzjoni li tappella lill-Kunsill Ewropew biex jaqbel li jibda l-proċess biex jiġu riveduti t-Trattati tal-UE. Fid-dawl tal-firxa ta’ kriżijiet attwali u reċenti, il-MPE użaw il-prerogattiva tagħhom biex jitolbu li t-Trattati jinbidlu permezz ta’: riforma tal-proċeduri ta’ votazzjoni fil-Kunsill biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni Ewropea li taġixxi, inkluż il-bidla minn votazzjoni b’unanimità għal votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata.

19-05-2022 12:55
EU in the World
May II 2022

Il-MPE appellaw għal finanzjament biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna, bl-użu tal-assi tal-oligarki Russi, riżorsi proprji ġodda tal-UE, u l-użu sħiħ tal-baġit tal-UE.

04-05-2022 13:51
European democracy
May I 2022

Il-MPE jappoġġaw il-proposti ambizzjużi magħmula miċ-ċittadini tal-Plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa biex l-UE tiġi riformata b’mod profond.

03-05-2022 15:07
European democracy
May I 2022

Il-Parlament beda r-riforma tal-Att Elettorali Ewropew, bl-għan li jibdel 27 elezzjoni separata u r-regoli diverġenti kollha tagħhom f'elezzjoni Ewropea unika.