Introduzzjoni
Miżura b’Miżura
Bħalissa, tliet kwarti tal-miżuri tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ġew indirizzati permezz ta' inizjattivi ta' implimentazzjoni. Dan ifisser li għal dawk il-miżuri kkonċernati, hemm inizjattiva waħda jew aktar li jsegwu kompletament jew parzjalment il-miżura.
L-inizjattivi ta' implimentazzjoni inkwistjoni jistgħu jkunu ta' natura leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva. Fir-rigward tal-istatus tagħhom, ħafna minnhom se jkunu tlestew, filwaqt li xi wħud għadhom għaddejjin. Meta ma tkun għadha ġiet identifikata l-ebda inizjattiva ta' implimentazzjoni, dan se jiġi indikat ukoll. Kull inizjattiva ta' implimentazzjoni hija llinkjata ma' paġna web, li tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar l-inizjattiva u l-proċedura assoċjata.
Għadd ta' miżuri tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa se jeħtieġu reviżjoni tat-Trattat għall-implimentazzjoni sħiħa tagħhom; dawn ġew immarkati b'asterisk fil-lista. Aktar informazzjoni dwar reviżjoni tat-Trattati u l-appell tal-Parlament għal bidliet tista' tinstab fil-paġna ddedikata għall-Bidla fit-Trattat.
Stqarrijiet għall-istampa dwar inizjattivi ewlenin ta' implimentazzjoni relatati mal-proposti u l-miżuri tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa jinsabu fil-paġna tal-Istqarrijiet għall-istampa.
Biex tibda tibbrawżja l-miżuri tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u l-inizjattivi ta' implimentazzjoni korrispondenti tagħhom, tista' tikklikkja fuq kwalunkwe wieħed mis-suġġetti ta' hawn taħt jew tagħżel suġġett fil-menu li jinżel hawn fuq.