Climate change and the environment
1. Proposta: Agrikoltura, produzzjoni tal-ikel, bijodiversità u ekosistemi, tniġġis
Objettiv: Produzzjoni tal-ikel sikura, sostenibbli, ġusta, responsabbli fir-rigward tal-klima u bi prezzijiet raġonevoli, li tirrispetta l-prinċipji tas-sostenibbiltà u l-ambjent, li tissalvagwardja l-bijodiversità u l-ekosistemi, filwaqt li tiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel:
-
1.1) Jiġi enfasizzat il-kunċett tal-ekonomija ekoloġika u blu, billi jkunu promossi l-agrikoltura u s-sajd effettivi u li jirrispettaw l-ambjent u l-klima fl-UE u fid-dinja, inkluża l-biedja organika kif ukoll forom oħra ta' biedja innovattiva u sostenibbli, bħall-biedja vertikali, li jippermettu l-produzzjoni ta' aktar ikel b'inqas input filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-impatt ambjentali iżda xorta waħda jiggarantixxu produttività għolja u sigurtà tal-ikel (Panel 3 - rakkomandazzjonijiet 1, 2 u 10; Panel 2 - rakkomandazzjoni 4);
- Pjan ta’ Azzjoni għall-Biedja Organika
- Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli
- Użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
- Regolament dwar id-Deforestazzjoni
- Dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija tas-settur tas-Sajd u tal-Akkwakultura tal-UE
- Il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma
- Klassifikazzjoni, tikkettar u imballaġġ ta’ sustanzi kimiċi u taħlitiet
- Komunikazzjoni dwar l-Ekonomija Blu Sostenibbli
- Kodiċi ta’ kondotta dwar prattiki Responsabbli tan-negozju u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel (Strateġija F2F)
- Strateġija għall-Artiku
- Komunikazzjoni konġunta dwar l-aġenda tal-UE għall-governanza internazzjonali tal-oċeani
- Żona tal-Konvenzjoni dwar is-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali: Miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni
- Qafas ta’ monitoraġġ għal foresti Ewropej reżiljenti
-
1.2) Jiġu diretti mill-ġdid is-sussidji u jissaħħu l-inċentivi għall-biedja organika u l-agrikoltura sostenibbli li jikkonformaw ma' standards ambjentali ċari u jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi globali (Panel 3 - rakkomandazzjonijiet 1 u 12);
-
1.3) Jiġu applikati l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari fl-agrikoltura u jkunu promossi miżuri kontra l-ħela tal-ikel (dibattitu tal-Grupp ta' Ħidma, il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi);
-
1.4) Jitnaqqas b'mod sinifikanti l-użu tal-pestiċidi u l-fertilizzanti kimiċi, f'konformità mal-miri eżistenti, filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, u tiġi appoġġata r-riċerka biex jiġu żviluppati alternattivi aktar sostenibbli u bbażati fuq in-natura (Panel 3 - rakkomandazzjoni 10, dibattitu tal-Grupp ta' Ħidma);
- Pjanti miksuba minn ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom
- Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero
- Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti fl-Unjoni
- Użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
- Pjanti miksuba minn ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom
- Il-Politika Agrikola Komuni Riformata
-
1.5) Tiġi introdotta ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju, ibbażata fuq kontabbiltà tal-karbonju robusta, soda u trasparenti (diskussjoni fil-Plenarja);
-
1.6) Jitwettqu aktar riċerka u innovazzjonijiet, inkluż fis-soluzzjonijiet teknoloġiċi fir-rigward tal-produzzjoni sostenibbli, tar-reżistenza tal-pjanti u tal-biedja ta' preċiżjoni, u aktar komunikazzjoni, sistemi konsultattivi, u taħriġ għall-bdiewa (Panel 3 - rakkomandazzjoni 10, dibattitu tal-Grupp ta' Ħidma, diskussjoni fil-Plenarja);
-
1.7) Jiġi eliminat id-dumping soċjali u tissaħħaħ it-tranżizzjoni ġusta u ekoloġika lejn impjiegi aħjar fis-settur agrikolu, b'kundizzjonijiet tas-sikurezza, tas-saħħa u tax-xogħol ta' kwalità għolja (dibattitu tal-Grupp ta' Ħidma);
-
1.8) Jiġu indirizzati aspetti bħall-użu tal-plastik fil-kisi agrikolu u modi kif jitnaqqas il-konsum tal-ilma fl-agrikoltura (il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi);
-
1.9) It-tnissil u l-produzzjoni tal-laħam jitwettqu b'mod meqjus, b'enfasi fuq it-trattament xieraq tal-annimali u s-sostenibbiltà, bl-użu ta' miżuri bħal tikkettar ċar, standard għoli u regoli komuni għat-trobbija u t-trasport tal-annimali, filwaqt li tissaħħaħ ir-rabta bejn it-tnissil u l-għalf (Panel 3 - rakkomandazzjonijiet 16 u 30).