A stronger economy, social justice and jobs
11. Proposta: Tkabbir sostenibbli u innovazzjoni
Objettiv: Nipproponu li l-UE tappoġġa l-bidla favur mudell ta' tkabbir sostenibbli u reżiljenti, li jqis bis-sħiħ it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali b'dimensjoni soċjali b'saħħitha fis-Semestru Ewropew, u li jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lit-trade unions u lin-negozji. L-indikaturi makroekonomiċi konvenzjonali u l-PDG jistgħu jiġu kkomplementati b'indikaturi ġodda sabiex jiġu indirizzati l-prijoritajiet Ewropej il-ġodda bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew jew il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u biex jirriflettu aħjar it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-benesseri tan-nies. Dan l-objettiv jista' jintlaħaq permezz ta':
-
11.1) Jiġu promossi proċessi tal-produzzjoni aktar ekoloġiċi minn kumpaniji u jingħata appoġġ għall-kumpaniji biex jidentifikaw l-aħjar soluzzjonijiet u jipprovdu inċentivi pożittivi u negattivi (ECP 11 u 12) u billi jżidu l-produzzjoni u l-konsum lokali (diskussjonijiet);
- Reviżjoni tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq għas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet
- Monitoraġġ, rapportar u verifika tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu
- Tnaqqis tal-iskart tal-imballaġġ – rieżami tar-regoli
- Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero
- Effiċjenza enerġetika
- Qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti)
- Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju: ċarġer komuni għall-apparat elettroniku
- Kodiċi ta’ kondotta dwar prattiki Responsabbli tan-negozju u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel (Strateġija F2F)
- Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra
- Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
- Regolament Ġdid dwar il-Prodotti għall-Bini
- Bonds ekoloġiċi Ewropej
- Ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli
- Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli
- Regolament dwar id-Deforestazzjoni
- Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet
- Il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa. Riformulazzjoni
- It-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG)
- L-iffaċilitar tal-finanzi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli
- Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali
- Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali
- Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà
- It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija
- Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti fl-Unjoni
- Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva
- Komunikazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-riskji klimatiċi
-
11.2) Issir ħidma lejn ekonomija aktar sostenibbli u ċirkolari billi tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-obsolexxenza ppjanata u jiġi żgurat id-dritt ta' tiswija (ECP 14);
-
11.3) Jitwettaq rieżami tal-governanza ekonomika tal-UE u s-Semestru Ewropew sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, il-ġustizzja soċjali u l-progress soċjali jimxu id f'id mal-kompetittività ekonomika, mingħajr ma tiġi injorata n-natura ekonomika u fiskali tas-Semestru Ewropew. Barra minn hekk, hemm bżonn li s-sħab soċjali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti aktar fl-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew sabiex jittejbu l-applikazzjoni u r-responsabbiltà tiegħu (pjattaforma online, diskussjonijiet);
-
11.4) Jiġi indirizzat l-użu tal-imballaġġi u tal-kontenituri tal-plastik li jintużaw darba biss (ECP 12);
-
11.5) L-espansjoni tal-użu tat-teknoloġija Ewropea u li din issir alternattiva fattibbli għat-teknoloġija barranija (diskussjonijiet);
-
11.6) Tiġi promossa r-riċerka dwar materjali u teknoloġiji ġodda, kif ukoll l-użu innovattiv ta' materjali eżistenti, filwaqt li jiġi żgurat li l-isforzi tar-riċerka ma jkunux idduplikati (ECP 9, NL 1);
-
11.7) Jiġu indirizzati s-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà, anki ta' natura ekonomika, tal-enerġija, b'kunsiderazzjoni tal-faqar enerġetiku u d-dipendenza minn Stati mhux tal-UE, billi jiżdied is-sehem ta' enerġija minn sorsi sostenibbli (ECP 10, LT 3, IT 1.1);
- Sottoprogrammi LIFE ta’ Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa u Azzjoni dwar il-Klima
- It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija
- Komunikazzjoni dwar interventi fit-terminu l-qasir fis-suq tal-gass u tal-elettriku
- Id-Direttivi dwar l-Enerġija Rinnovabbli, ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u l-Effiċjenza Enerġetika: emendi (REPowerEU)
- Strateġija għall-impenn estern tal-UE dwar l-enerġija f’dinja li qed tinbidel
- Il-Kapitoli REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza
- Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku
- Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Grilji
- Id-disinn tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni (Regolament)
- Id-disinn tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni (Direttiva)
-
11.8) Titqajjem sensibilizzazzjoni kemm fost il-kumpaniji kif ukoll fost iċ-ċittadini, dwar kif iġibu ruħhom b'mod aktar sostenibbli u jiggarantixxu tranżizzjoni ġusta, abbażi tad-djalogu soċjali u l-impjiegi ta' kwalità (ECP 12 u pjattaforma online);
- Bonds ekoloġiċi Ewropej
- Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva
- Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà
- Prestazzjoni ambjentali ta’prodotti u ta’ organizzazzjonijiet– sostanzjar tal-asserzjonijiet (Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi)
- Kodiċi ta’ kondotta dwar prattiki Responsabbli tan-negozju u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel (Strateġija F2F)
- It-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG)
- L-iffaċilitar tal-finanzi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli
-
11.9) Jiġu inklużi standards soċjali, tax-xogħol u tas-saħħa ambizzjużi, inkluż is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, fil-ftehimiet kummerċjali l-ġodda tal-UE (LT 8).
- Global Gateway
- Komunikazzjoni dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja
- Rieżami tal-Politika tal-Kummerċjali - Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva
- Ftehimiet kummerċjali u reġjonali
- Ftehim ta’ Sħubija Volontarja UE-Guyana: l-infurzar tal-liġi fis-settur forestali, it-tmexxija u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-UE