Health
7. Proposta – Ikel tajjeb għas-saħħa u stil ta' ħajja san
Objettiv: Li jiġi żgurat li l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għal edukazzjoni dwar l-ikel tajjeb għas-saħħa u aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa u għal but kulħadd, bħala pedament għal stil ta' ħajja san, b'mod partikolari billi:
-
7.1) Jiġu stabbiliti standards minimi għall-kwalità tal-ikel, kif ukoll it-traċċabbiltà tal-ikel, inkluż billi l-użu tal-antibijotiċi u mediċini oħra tal-annimali jiġi limitat għal dak li huwa assolutament meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali minflok l-użu preventiv u billi jiġi żgurat li l-kontrolli jsiru aktar stretti f'dak ir-rigward [#[1]3, #17];
-
7.2) In-nies jingħataw edukazzjoni dwar drawwiet sani sa minn età bikrija u jiġu mħeġġa jagħmlu għażliet sikuri u favur is-saħħa, permezz tal-intaxxar ta' ikel ipproċessat mhux tajjeb għas-saħħa u billi l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet tal-ikel b'rabta mas-saħħa ssir faċilment disponibbli; għal dak il-għan, tiġi stabbilita sistema ta' evalwazzjoni madwar l-Ewropa kollha għall-ikel ipproċessat ibbażata fuq għarfien espert xjentifiku u indipendenti, u tikketta li tkopri l-użu ta' sustanzi ormonali u interferenti endokrinali fil-produzzjoni tal-ikel. F'dan ir-rigward, jiġu rinfurzati l-monitoraġġ u l-infurzar tar-regoli eżistenti u jiġi kkunsidrat li dawn jissaħħu [#18, #19, Grupp ta' Ħidma];
-
7.3) Jiġi mħeġġeġ id-djalogu mal-atturi tal-katina alimentari mill-produzzjoni sal-bejgħ għar-responsabbiltà soċjali korporattiva fir-rigward tal-ikel tajjeb għas-saħħa [#19, Grupp ta' Ħidma];
-
7.4) Jingħata appoġġ fil-livell tal-UE għall-forniment ta' ikel tajjeb għas-saħħa, varjat u bi prezzijiet raġonevoli fi stabbilimenti għas-servizz tal-pubbliku, bħal canteens tal-iskola, sptarijiet, jew djar tal-kura, inkluż permezz ta' finanzjament speċifiku [#3, Plenarja, Grupp ta' Ħidma];
-
7.5) Isir investiment fir-riċerka dwar l-impatt tal-użu tal-antibijotiċi u l-effetti tas-sustanzi ormonali u tal-interferenti endokrinali fuq is-saħħa tal-bniedem [#17, #18].