Migration
41. Proposta: Migrazzjoni legali
Objettiv: Li jissaħħaħ ir-rwol tal-UE dwar il-migrazzjoni legali:
-
41.1) Titnieda kampanja ta' komunikazzjoni fuq livell trans Ewropew sabiex iċ-ċittadini Ewropej jsiru jafu aktar dwar il-EURES (Servizzi Ewropej tax-Xogħol), il-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni u l-Għodda tal-UE għall-Profili tal-Ħiliet għaċ-Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi, u biex il-kumpaniji tal-UE jaċċessawhom u jużawhom aktar meta jkunu qed jirreklutaw (rakkomandazzjoni 6);
-
41.2) Tinħoloq entità Ewropea għall-aċċess tal-migranti għas-suq tax-xogħol tal-UE jew inkella jitwessgħu s-setgħat tan-Network Ewropew ta' Kooperazzjoni tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES) pereżempju billi jitjiebu l-proġetti ta' Sħubija tat-Talenti (rakkomandazzjoni 7 u dibattitu tal-Grupp ta' Ħidma), bil-possibbiltà ta' tqabbil online tal-provvista u d-domanda tal-ħiliet, fil-pajjiż tat-tluq, abbażi ta' kriterji ta' valutazzjoni (rakkomandazzjoni 9 u dibattitu tal-Grupp ta' Ħidma). L-UE għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jissimplifikaw il-proċess ta' akkoljenza u tal-integrazzjoni tal-migranti legali u l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol tal-UE permezz ta' interoperabbiltà aħjar fost l-amministrazzjonijiet rilevanti differenti (dibattitu tal-Grupp ta' Ħidma);
- Komunikazzjoni dwar l-Attrazzjoni tal-ħiliet u t-talent lejn l-UE
- Kampanja ta’ komunikazzjoni pluriennali mmirata biex iżżid il-viżibbiltà tas-sett ta’ għodda tal-profil tal-ħiliet tal-UE għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi
- Pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti - Direttiva dwar il-Permess Uniku
- Pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti - Direttiva dwar ir-Residenti għal Żmien Twil
- Programm Orizzont Ewropa, ir-raggruppament 2 parti għar-riċerka innovattiva dwar id-demokrazija u l-governanza
- Direttiva dwar il-Karta Blu dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u għar-residenza fl-Unjoni Ewropea ta’ ċittadini mhux tal-UE għall-fini ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin
- Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023
- L-istabbiliment ta’ riżerva ta’ talent tal-UE
-
41.3) Jitjiebu l-funzjonament u l-implimentazzjoni tad-direttiva tal-"karta blu" biex jiġu attirati l-kwalifiki rilevanti li l-ekonomija tal-UE teħtieġ (ir-rakkomandazzjoni 7 u dibattitu tal-Grupp ta' Ħidma), filwaqt li jitqies ir-riskju tal-eżodu ta' mħuħ (simili għal-miżura 1 tal-Proposta 42);
- Pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti - Direttiva dwar il-Permess Uniku
- Pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti - Direttiva dwar ir-Residenti għal Żmien Twil
- Komunikazzjoni dwar l-Attrazzjoni tal-ħiliet u t-talent lejn l-UE
- Sett ta’ għodod demografiċi
- Direttiva dwar il-Karta Blu dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u għar-residenza fl-Unjoni Ewropea ta’ ċittadini mhux tal-UE għall-fini ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin
- L-istabbiliment ta’ riżerva ta’ talent tal-UE
-
41.4) Tiġi promossa l-konverġenza 'l fuq dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol b'mod armonjuż fl-Unjoni kollha bil-għan li jingħelbu l-inugwaljanzi fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u jiġu żgurati politika effiċjenti tal-UE dwar il-migrazzjoni tal-ħaddiema u d-drittijiet tal-ħaddiema. F'dan il-kuntest, jissaħħaħ ir-rwol tat-trade unions fil-livell nazzjonali u transnazzjonali (rakkomandazzjoni 28 u dibattitu tal-Grupp ta' Ħidma), b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi (diskussjoni fil-Plenarja);
-
41.5) Jiżdiedu l-isforzi biex iċ-ċittadini tal-Istati Membri jiġu informati u edukati dwar is-suġġetti relatati mal-migrazzjoni u l-integrazzjoni (rakkomandazzjoni 30 u rakkomandazzjoni 9 tal-Litwanja u dibattitu tal-Grupp ta' Ħidma).