Kliem il-ħoss

Guy Verhofstadt (Renew Europe, BE) - Kopresident tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Messaġġ mill-Kopresident tal-Konferenza

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Unjoni tagħna, it-tliet istituzzjonijiet tal-UE u l-parlamenti nazzjonali ltaqgħu flimkien biex jiddiskutu direttament maċ-ċittadini Ewropej, u b'hekk setgħu jaqsmu l-ideat tagħhom dwar il-futur komuni tagħna.

Kien esperiment f'demokrazija bbażata fuq pjattaforma u deliberattiva li ħadna b'serjetà kbira, bħala rappreżentanti eletti direttament tal-Ewropej kollha. 108 Membri tal-Parlament Ewropew kienu parti mill-plenarja tal-Konferenza, fejn ġew diskussi l-proposti taċ-ċittadini. Il-konklużjonijiet li nsiltu minn dan il-proċess għamluha aktar minn eżerċizzju ta' smigħ: dan kien mod kif jinstabu tweġibiet komuni għall-ideat, it-tamiet u l-biżgħat taċ-ċittadini.

Bħala Kopresident tal-Konferenza, kien l-unur tiegħi li mmexxi d-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew. Flimkien, żgurajna li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kisbet momentum reali, u stajna nagħmlu proposti li jistgħu jikkontribwixxu biex l-UE tkun adattata għall-iskop tagħha fis-seklu 21, u fl-istess ħin inqarrbu l-proġett kondiviż tagħna lejn iċ-ċittadini.

Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: iċ-ċittadini jitolbu aktar mill-UE

Fit-2 ta' Diċembru, l-istituzzjonijiet tal-UE u aktar minn 500 ċittadin ivvalutaw is-segwitu għall-proposti tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Skopri aktar

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tikkonkludi l-ħidma tagħha

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tikkonkludi ħidmitha wara sena ta' kollaborazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-politikanti ©EU 2022 – EP
F'Jum l-Ewropa, il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill irċevew ir-rapport finali bi proposti għar-riforma tal-UE.

Skopri aktar

Il-Futur tal-Ewropa: Il-proposti ambizzjużi tal-Plenarja tal-Konferenza jindikaw reviżjoni tat-Trattat

© European Union 2022 - Source : EP © European Union, 2022 – EP
Il-Plenarja tal-Konferenza kkonkludiet il-ħidma tagħha, bil-MPE jesprimu l-approvazzjoni tagħhom tal-eżitu u jħabbru li l-Parlament biħsiebu jagħti bidu għar-riformi tal-UE.

Skopri aktar