Paġna ewlenija

Merħba mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola

Mid-9 ta' Mejju 2021 sad-9 ta' Mejju 2022, aħna l-Ewropej organizzajna esperiment kbir fid-demokrazija parteċipattiva: il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Il-Konferenza laqqgħet flimkien tliet istituzzjonijiet tal-UE, parlamenti nazzjonali, gvernijiet u partijiet ikkonċernati rilevanti, biex jiddiskutu direttament maċ-ċittadini Ewropej il-proposti tagħhom għall-futur tal-Unjoni, biex isibu tweġibiet komuni għall-ideat, it-tamiet u l-biżgħat taċ-ċittadini. Fil-Parlament Ewropew, ħaddanna dan l-eżerċizzju. Ospitajna l-laqgħat plenarji tal-Konferenza u ħadu sehem 108 Membri tagħna.

Issa, il-Konferenza ntemmet. L-enfasi nbidlet għas-segwitu importanti kollu tad-49 proposta b'326 miżura li ħarġet, inklużi kemm proposti speċifiċi orjentati lejn il-politika kif ukoll sejħiet għal riformi tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom.

Il-Parlament huwa impenjat favur approċċ kostruttiv u ambizzjuż f'dan ir-rigward.

F'kull sessjoni plenarja, qed jiġu adottati proposti leġiżlattivi, li jindirizzaw il-miżuri mqajma mill-Konferenza. B'mod parallel stabbilejna l-pożizzjoni tagħna f'żewġ riżoluzzjonijiet li jagħmlu proposti speċifiċi għal bidla fit-Trattat u jappellaw għal konvenzjoni dwar ir-reviżjoni tat-Trattati. Barra minn hekk, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO) ħejja rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-"Proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati". Dan se jkun il-kontribut tal-Parlament dwar kif għandha ssir riforma għall-futur.

Bħala President tal-Parlament Ewropew, huwa l-unur u r-responsabbiltà tiegħi li nagħti segwitu għall-ħidma tal-Konferenza. Il-Parlament huwa ddedikat biex jiżgura eżitu konkret u sinifikanti. Għall-bidu, dan is-sit web se jinfurmak dwar l-inizjattivi ta' implimentazzjoni tal-Konferenza u l-iżviluppi topiċi li għaddejjin bħalissa.

Flimkien, nistgħu nżommu l-momentum meħtieġ biex l-UE tkun adattata għall-iskop tagħha fis-seklu 21. L-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-konsegwenzi tagħha jżidu biss l-importanza ta' dan, kif ukoll id-dibattitu dwar it-tkabbir ulterjuri possibbli tal-Unjoni.

Grazzi talli ngħaqadt.

Tista' ssib lista tal-proposti tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u l-inizjattivi ta' implimentazzjoni korrispondenti tagħhom skont it-tema u skont id-data tal-plenarja; tfittex l-istqarrijiet għall-istampa relatati (fejn applikabbli) jew titgħallem dwar rapporti fuq inizjattiva proprja rilevanti. Id-dokumenti ewlenin u l-links huma inklużi wkoll.

Fir-rigward ta' bidliet istituzzjonali possibbli, tista' tikkonsulta r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament kif ukoll il-ħidma tal-Kumitat AFCO.


Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: iċ-ċittadini jitolbu aktar mill-UE

02-12-2022 - Fit-2 ta' Diċembru, l-istituzzjonijiet tal-UE u aktar minn 500 ċittadin ivvalutaw is-segwitu għall-proposti tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Skopri aktar


Il-Futur tal-Ewropa: Il-Konferenza tikkonkludi b'wegħda għal bidliet

06-07-2022 - Il-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-UE wiegħdu li jaġixxu fuq l-ideat taċ-ċittadini għall-bidla fl-UE wara li rċevew ir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Skopri aktar



Il-Futur tal-Ewropa: Il-proposti ambizzjużi tal-Plenarja tal-Konferenza jindikaw reviżjoni tat-Trattat

02-05-2022 - Il-Plenarja tal-Konferenza kkonkludiet il-ħidma tagħha, bil-MPE jesprimu l-approvazzjoni tagħhom tal-eżitu u jħabbru li l-Parlament biħsiebu jagħti bidu għar-riformi tal-UE.

Skopri aktar