Proposti u Suġġetti
F'din il-paġna, issib deskrizzjoni fil-qosor tal-proposti u l-miżuri speċifiċi korrispondenti kollha tal-Konferenza. Dawn isegwu l-ordni tad-disa' temi tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.
Biex tagħżel tema, ikklikkja fuq il-menù tan-naħa tal-lemin. L-ewwel hemm il-proposti għal kull tema, segwiti minn deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri korrispondenti.
5. Valuri u drittijiet, stat tad-dritt, sigurtà
Proposti
• Stat tad-dritt, valuri demokratiċi u identità Ewropea• Protezzjoni tad-data
• Media, Aħbarijiet foloz, Diżinformazzjoni, Verifika tal-fatti, Ċibersigurtà
• Media, Aħbarijiet foloz, Diżinformazzjoni, Verifika tal-fatti, Ċibersigurtà (bis)
• Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, Ugwaljanza u Kwalità tal-ħajja
• Drittijiet tal-annimali, Agrikoltura
Ir-rispett tal-valuri tal-UE fil-pajjiżi kollha tal-UE: Il-valuri minquxa fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mhumiex kundizzjonijiet negozjabbli, u huma irriversibbli u meħtieġa għas-sħubija fl-UE. Biex dawn il-valuri jsiru tanġibbli, il-Plenarja tipproponi statut taċ-ċittadinanza Ewropea u statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ transfruntiera Ewropej. Għandha tiġi żviluppata sfera pubblika Ewropea (inklużi mezzi tal-media awdjoviżiva u online), inkluż permezz ta' aktar investiment tal-UE. Għandhom jiġu organizzati konferenzi annwali dwar l-istat tad-dritt (b'segwitu għar-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt) mad-delegazzjonijiet mill-Istati Membri kollha (iċ-ċittadini, l-impjegati taċ-ċivil, il-membri parlamentari, l-awtoritajiet lokali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili). Ir-"Regolament dwar il-Kundizzjonalità" u strumenti oħra tal-istat tad-dritt għandhom jiġu applikati b'mod effettiv, u jista' jkollu jiġi stabbilit approċċ simili anke f'oqsma mhux rilevanti għall-baġit tal-UE.
L-indipendenza tal-media u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni: Qed jitressqu wkoll proposti biex jiġu promossi l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-media, kif ukoll il-litteriżmu medjatiku, inkluż permezz ta' leġiżlazzjoni li tindirizza t-theddid, potenzjalment fil-livell tal-mudell tan-negozju. Ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE għandhom jiġu infurzati b'mod strett biex jiġu evitati l-monopolji u tiġi żgurata l-indipendenza minn indħil bla bżonn. Għandu jiġi promoss ġurnaliżmu ta' kwalità u fost il-proposti ewlenin hemm korp tal-UE għad-diżinformazzjoni u l-indħil, ikkomplementat permezz ta' aktar sforzi biex jiġi promoss il-litteriżmu medjatiku, inkluż permezz ta' taħriġ obbligatorju fl-iskejjel. Il-pjattaformi online għandhom ukoll joħorġu dikjarazzjonijiet ċari dwar l-algoritmi li jużaw, filwaqt li jissalvagwardjaw il-libertà tal-kelma u l-privatezza.
Il-protezzjoni tad-data u ċ-ċibersigurtà: Il-Plenarja trid tagħti spinta lill-protezzjoni tad-data u tagħmilha aktar orjentata lejn iċ-ċittadini. Għal dan l-għan, ir-regoli attwali għandhom jiġu infurzati b'mod aktar strett, pereżempju billi jiżdiedu s-sanzjonijiet għall-ksur u billi jinħolqu mekkaniżmi ta' infurzar aktar b'saħħithom. Proposti oħra għandhom l-għan li jagħtu spinta lill-privatezza billi jiżguraw li din titqies fil-proċess tad-disinn u bħala għażla prestabbilita, u jridu jipproteġu aħjar id-data tat-tfal, pereżempju billi joħolqu kategorija separata ta' data sensittiva. Barra minn hekk, il-Plenarja trid protezzjoni aħjar tan-nies u tal-istituzzjonijiet mit-theddid ċibernetiku billi tiġi msaħħa l-aġenzija tal-UE għaċ-ċibersigurtà (ENISA), u billi jittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċibersigurtà.
Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ugwaljanza u kwalità tal-ħajja: L-UE għandha tiżviluppa indikaturi trasparenti tal-kwalità tal-ħajja inklużi kriterji ekonomiċi, soċjali u dwar l-istat tad-dritt, bil-għan li jgħollu l-istandards soċjali u struttura soċjoekonomika komuni tal-UE. Il-proposti jitolbu wkoll investiment pubbliku fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fl-akkomodazzjoni, fl-infrastrutturi fiżiċi, fil-kura għall-anzjani u għall-persuni b'diżabbiltà, kif ukoll investiment addizzjonali biex jiġi ggarantit bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għaċ-ċittadini. Qed jiġi propost ukoll l-intaxxar ta' korporazzjonijiet kbar, il-ġlieda kontra l-aċċess għar-rifuġji fiskali u l-eliminazzjoni tal-eżistenza tagħhom fl-UE biex jiġu ffinanzjati oqsma ta' prijorità bħall-edukazzjoni u r-riċerka. Il-proposti jitolbu wkoll kriterji għall-UE kollha dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol (u barra minnu) u li jinċentivaw (sussidji, kwoti temporanji) ir-reklutaġġ ta' persuni minn gruppi vulnerabbli.