Proposti u Suġġetti

F'din il-paġna, issib deskrizzjoni fil-qosor tal-proposti u l-miżuri speċifiċi korrispondenti kollha tal-Konferenza. Dawn isegwu l-ordni tad-disa' temi tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Biex tagħżel tema, ikklikkja fuq il-menù tan-naħa tal-lemin. L-ewwel hemm il-proposti għal kull tema, segwiti minn deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri korrispondenti.

3. Ekonomija aktar b’saħħitha, ġustizzja soċjali u impjiegi

Proposti
• Tkabbir sostenibbli u innovazzjoni
• Tisħiħ tal-kompetittività tal-UE u approfondiment ulterjuri tas-Suq Uniku
• Swieq tax-xogħol inklużivi• Politiki soċjali aktar b'saħħithom
• Tranżizzjoni demografika
• Politiki fiskali u tat-tassazzjoni

Tkabbir sostenibbli u innovazzjoni: Il-proposti tal-Plenarja tal-Konferenza jistiednu lill-UE twettaq bidla favur mudell ta' tkabbir sostenibbli u reżiljenti, li jqis bis-sħiħ it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali b'dimensjoni soċjali b'saħħitha fis-Semestru Ewropew, u li jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lit-trade unions u lin-negozji. Jissuġġerixxu wkoll li tingħata spinta lit-teknoloġija u l-innovazzjoni Ewropej biex din issir alternattiva vijabbli għat-teknoloġiji barranin, inklużi s-sistemi ta' pagament u l-munita unika.

Tisħiħ tal-kompetittività tal-UE u approfondiment ulterjuri tas-Suq Uniku: L-ekonomija tal-UE għandha ssir aktar reżiljenti, kompetittiva u strateġikament indipendenti, u għal dan l-għan iċ-ċittadini jipproponu l-promozzjoni ta' kultura intraprenditorjali fejn negozji innovattivi ta' kull daqs, u b'mod partikolari l-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta' Daqs Medju (MSMEs), kif ukoll in-negozji ġodda jiġu mħeġġa u jkunu jistgħu jirnexxu u jikkontribwixxu għal soċjetajiet aktar reżiljenti u koeżivi.

Swieq tax-xogħol inklużivi u politiki soċjali aktar b'saħħithom: Il-Plenarja tal-Konferenza tipproponi li jittejjeb il-funzjonament tas-swieq tax-xogħol sabiex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aktar ġusti u jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-impjieg, inkluż dak taż-żgħażagħ u tal-gruppi vulnerabbli. L-UE, l-Istati Membri u s-sħab soċjali jeħtieġ li jaħdmu biex itemmu l-faqar fost dawk li jaħdmu, jindirizzaw id-drittijiet tal-ħaddiema tal-pjattaformi, jipprojbixxu internships mingħajr ħlas u jiżguraw mobbiltà ġusta tal-forza tax-xogħol fl-UE. Il-proposti jissuġġerixxu li l-politika soċjali għandha tiffoka fuq it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-indirizzar tal-faqar inkluż il-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali. Il-kompetenzi tal-UE għandhom jissaħħu billi tiġi proposta leġiżlazzjoni armonizzata u rekwiżiti minimi biex jiġu promossi l-politiki soċjali u tiġi żgurata l-ugwaljanza tad-drittijiet, inkluża s-saħħa.

Politiki fiskali u tat-tassazzjoni: it-tisħiħ tal-baġit proprju tal-UE permezz ta' riżorsi proprji ġodda. Il-proposti jindikaw bidla lil hinn mit-tassazzjoni tan-nies u l-SMEs għal waħda mmirata lejn l-evażuri tat-taxxa, dawk li jniġġsu ħafna u l-ġganti diġitali.